Milan iridu lil Ivan Rakitic

AC Milan se jerġgħu jittantaw xortihom sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tal-midfielder offensiv ta’ Barcelona, Ivan Rakitic. Rapporti jgħidu li r-Rossoneri se jerġgħu jippruvaw għat-tielet darba konsekuttiva din il-mossa forsi finalment jieħdu lill-Kroat lejn il-belt ta’ Milan il-player ta’ talent Kroat.

Dan il-player illum il-ġurnata għandu 32 sena u se jkun qed jiskadilu l-kuntratt mal-Blaugrana f’Ġunju 2021.

Id-diriġenti Rossoneri qed iqisu lil Rakitic bħala player interessanti fl-iskwadra tagħhom li jista’ jagħti l-esperjenza tiegħu lid-diversi żgħażagħ li hemm fit-team.

L-uniku intopp li qed jaraw l-istess diriġenti Milanisti huwa s-salarju ta’ €8 miljun li jidher li huma wisq sabiex jaffordjawhom.

Share With: