Milan mhux se jżommu lil Alexis Saelemaekers

AC Milan iddeċidew li ma jixtrux lill-winger  Belġjan Alexis Saelemaekers mingħand Anderlecht. Dan il-player ta’ 20 sena jinsab mar-Rossoneri fuq bażi ta’ self iżda wara li lagħab biss tliet logħbiet magħhom, ftit impressjona u għalhekk il-coach Stefano Pioli ta parir lid-diriġenti tiegħu sabiex fl-aħħar ta’ dan l-istaġun jerġa’ jmur ma’ Anderlecht.

Saelemaekars deher xi ftit diżappuntat b’din id-deċiżjoni u hekk kif bħalissa għaddejja l-waqfa sfurzata minħabba l-Covid-19, il-player jinsab f’pajjiżu ta’ iżolament.

Saelemaekers huwa prodott ta’ Anderlecht u għad irid jiġi msejjaħ mat-team nazzjonali Belġjan.

Ma’ Milan huwa lagħab biss 32 minuta f’żewġ logħbiet tal-kampjonat u logħba mill-Coppa Italia.

Share With: