Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitħallsu l-ħaddiema affettwati mill-pandemija

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-flus lill-ħaddiema. Dawk li applikaw mis-sistema tal-gvern u dawn l-applikazzjonijiet ġew iġġustifikati se jibdew jirċievu l-flus fil-jiem li ġejjin.

Applikazzjonijiet għall-għajnuna minn dawk affettawti mill-pandemija tal-Covid-19

Malta Enterprise irċiviet 12,885 applikazzjoni minn kumpaniji għall-miżura tal-paga li l-Gvern jagħti €800 ħlas lill-ħaddiema. Minn dawn l-applikazzjonijiet se jibbenefikaw 62,766 ħaddiem u dan ifisser li dawn huma kollha impjiegi li ġew salvati.

Il-maġġoranza ta’ dawk li applikaw huma impjegati full timers

Il-proċess jibqa’ għaddej, b’applikazzjonijiet li għadhom deħlin s’issa u Kurt Farrugia f’isem il-Malta Enterprise fil-Ministeru tal-Ekonomija qal li jittama li sal-aħħar ta’ April jitħallsu l-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li jkunu applikaw Sostna li wieħed irid jifhem dwar l-enormità ta’ applikazzjonijiet li ddaħħlu.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri stqarr li l-Gvern Malti ser ikun fost l-ewwel gvernijiet fid-dinja li ser iħallas lill-ħaddiema li ġew affettwati minħabba l-COVID-19.

Share With: