Monument ta’ Kristu f’Rio mixgħul ta’ tabib bħala turija ta’ rispett lejn il-professjonisti tas-saħħa

Monument dinji ta’ Kristu bħala rebbieħ fuq il-mewt ġie mixgħul b’tali mod li jidher qisu tabib.

Fuqu dehret tispikka wkoll il-kelma grazzi u anke l-frażi “Ibqgħu d-dar”. Mhux biss, din l-istruttura dehret tibdel il-kuluri fi bnadar ta’ pajjiżi b’messaġġi pożittivi li jikkuntrastaw iż-żmien iebes riżultat tal-pandemija tal-coronavirus madwar id-dinja.

Din mhijiex l-ewwel darba li f’Rio De Janeiro fil-Brażil bdew jinxterdu dawn it-tip ta’ messaġġi pożittivi, iżda ċertament li b’dan il-ġest ħafna kienu dawk li waqfu u apprezzaw il-ħidma ta’ dawk kollha li qed jagħtu sehemhom biex tingħeleb din il-pandemija.

Share With: