Napoli jridu lil Emerson Palmieri

Napoli kitbu lil Chelsea sabiex jiksbu l-firma tad-difensur xellugi, Emerson Palmieri. Huwa għandu 25 sena u ftit kien qed jilgħab fl-ewwel ħdax fit-team immexxi minn Frank Lampard.

B’hekk ir-rieda ta’ Palmieri hija dik li jitlaq minn Stamford Bridge u jerġa’ jirritorna jilgħab fis-Serie A Taljana wara l-esperjenzi li kellu fl-istaġuni passati ma’ Palermo u Roma.

Napoli permezz tad-Direttur Sportiv, Cristiano Giuntoli, se jkunu qed joffru s-somma ta’ €3 miljun għalih u joffrulu kuntratt ta’ ħames snin.

Emerson Palmieri għandu ċittadinanza doppja u lagħab seba’ darbiet mat-team nazzjonali Taljan immexxi minn Roberto Mancini.

Share With: