Napoli jridu lil Layvin Kurzawa

Napoli jinsabu interessati fid-difensur ta’ Paris St Germain, Layvin Kurzawa. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u ilu maċ-champions Franċiżi għal dawn l-aħħar ħames snin.

Il-president ta’ Napoli, Aurelio de Laurentis, kellem lid-direttur sportiv tiegħu Cristiano Giuntoli u tah parir sabiex imur għal dan il-player minħabba li jista’ jsaħħaħ id-dipartiment difensiv tat-team.

Madankollu, il-Partenopei iridu joqogħdu attenti mill-isfida li mistennija joffrulhom timijiet oħra għall-akkwist tagħhom fosthom Inter, Liverpool u Arsenal.

Kurzawa lagħab 87 partita ma’ Paris St Germain u skorja disa’ goals.

Share With: