Napoli jwaqqfu lill-impjegati b’mod temporanju

Napoli saru l-ewwel club tas-Serie A li keċċew temporanjament lill-istaff li ma jilgħabx bħala riżultat tal-kriżi tal-coronavirus.

Dan wara li 30 impjegat tal-Partenopei, li wħud minnhom ilhom jaħdmu żmien twil, mhux se jitħallsu għal xahrejn.

Kuntrarju għad-Danimarka u r-Renju Unit, il-Gvern Taljan għadu ma ħabbarx skema li tkop­ri l-pagi tal-ħaddiema li ma jistgħux jintużaw minħabba l-pandemija.

Napoli għadhom iridu jindirizzaw il-kwistjoni tas-salarji tal-ewwel team, billi l-Lega Serie A tippermetti lill-clubs inaqqsu sa terz tal-qligħ ta’ kull xahar tal-players.

Madankollu, dak huwa mħabbel mill-president Aurelio De Laurentiis u l-wegħda kontinwa tiegħu biex inaqqas aktar minn €2 miljun mill-membri tal-iskwadra tiegħu wara r-rewwixta kontrih ta’ Novembru li għadda.

Share With: