New York bi 806 vittma tal-coronavirus f’24 siegħa

Il-vittmi tal-coronavirus fi New York telgħu għal 3,544 wara li kienu reġistrati 806 imwiet fi żmien 24 siegħa.

Din l-aħħar ċifra hija kważi d-doppju tal-imwiet li ġew reġistrati lbieraħ.

Biex ilaħħqu maż-żieda esponenzjali fil-każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa tal-belt trasformaw lil Central Park fi sptar temporanju li jista’ jilqa’ sa 68 pazjent. L-istruttura temporanja nbniet fi żmien 48 siegħa.

S’issa dan l-isptar temporanju qed jilqa’ 41 pazjent, li tlieta minnhom qed jirċievu kura intensiva.

Intant in-numru tal-vittmi fl-Istati Uniti kaġun tal-virus qattiel issa jammonta għal 12,876, b’aktar minn 398,000-il każ ta’ persuna infettata bil-coronavirus.

John Hopkins University

Share With: