Nicolo Zaniolo – L-injury immaturatni iktar

L-attakkant ta’ Roma, Nicolo Zaniolo, tkellem dwar l-injury li għadda minnha f’dawn l-aħħar xhur. Fil-fatt il-player ta’ 20 sena ċarrat l-ligamenti tal-cruciate waqt logħba tas-Serie A f’Jannar li għadda u ilu barra mil-logħob minn dak iż-żmien .

Zaniolo sostna li dawn xejn ma kienu żminijiet sbieħ għalih speċjalment l-ewwel tlett ijiem wara l-injury. Huwa ra l-azzjoni li waslet għal din l-injury żvinturata u kull meta jaraha jħoss biżgħa kbira.

Madankollu iktar m’għadda ż-żmien, iktar beda jidra u apparti minn hekk huwa ammetta li din l-injury immaturatu ħafna bħala karattru.

Hu xtaq jirringrazzja lill-professur, Pier Paolo Mariani, tal-paċenzja kollha li ħa bih. Zaniolo jittama li ladarba jkompli l-kampjonat, ikun lest sabiex jerġa’ jidħol b’mod gradwali fit-team mill-belt kapitali Taljana.

Share With: