Nicolo Zaniolo qed jirkupra b’mod gradwali

Il-midfielder offensiv ta’ Roma, Nicolo Zaniolo, kien jitkellem fuq il-profil tiegħu fuq Twitter u d-diskors waqa’ fuq il-kundizzjoni fiżika tiegħu. Il-player ta’ 20 sena qal li b’mod gradwali qed jirkupra mill-injury li ilu għaddej biha għal dawn l-aħħar xhur u qed jaħdem qatigħ mal-fiżjoterapista tiegħu permezz ta’ kollegamenti fuq Skype minħabba li ma jistax jiltaqa’ miegħu personalment.

Zaniolo qal li dawk l-eżerċizzji fiżiċi li kien qed jagħmel fiċ-ċentru tekniku tal-klabb fi Trigoria, mexxihom għal daru stess u qed jirsisti sabiex il-kundizzjoni fiżika tiegħu tiġi aħjar milli hi.

Huwa ma naqasx li jirringrazzja lill-partitarji ta’ Roma li kienu viċin tiegħu b’ħafna messaġġi ta’ inkoraġġiment li bagħtulu.

Share With: