Paris St Germain dikjarati champions

Paris St Germain se jiġu dikjarati champions wara li ġie deċiż li l-kampjonat Franċiż ġie kanċellat minħabba l-pandemija tal-coronavirus. 

Il-Prim Ministru Franċiż, Edouard Philippe, ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa li l-istaġuni 2019-20 mhux se jintemmu u li l-isport professjonali ma kienx se jirritorna qabel Settembru.

Dan kollu ħalla l-kwistjoni ta’ kif jista’ jiġi solvut l-istaġun ta’ Ligue 1 wara li ntlagħbu 28 mit-38 logħba.

Share With: