Paris St Germain wara Theo Hernandez

Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain huma interessati li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali ta’ Milan, Theo Hernandez. Wara li l-player ta’ 22 sena ffirma mar-Rossoneri mingħand Real Madrid għal €20 miljun, kellu wirjiet ferm tajbin fi Stadio San Siro tant li f’25 logħba skorja sitt goals u wettaq żewġ assists.

Id-direttur sportiv ta’ PSG Leonardo qed ikompli jsegwi sew il-progress tiegħu u qed jipprepara somma ta’ €40 miljun għalih.

Anke l-coach attwali ta’ PSG, Thomas Tuchel, jixtieq li jkollu lil dan il-player fl-iskwadra tiegħu minħabba l-kunfidenza li għandu f’dan id-dipartiment importanti tal-ground. 

Share With: