Partitarji ta’ Milan b’ġest ta’ karitá

Sezzjoni mill-club ta’ partitarji ta’ AC Milan taw donazzjoni lil Azienda Regionale Emergenza Urgenza (AREU) li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet qed tieħu ħsieb u tikkordina s-swabbing sabiex jiġi identifikat jekk pazjent għandux il-coronavirus jew le. Fl-istess ħin din l-istess għaqda kienet qed twassal diversi xirjiet lil dawk fil-bżonn u tgħin f’dak kollu li kien hemm bżonn fir-reġjun tal-Lombardia li kien l-iktar wieħed milqut mill-Covid-19.

Il-partitarji ta’ Milan taw il-flus kollha tal-biljetti li kienu xtraw għal-logħba kontra Genoa li kienet saret fit-8 ta’ Marzu li għadda iżda bil-bibien magħluqa.

Ħafna faħħru dan il-ġest ta’ solidarjetá min-naħa tal-partitarji Rossoneri f’mument ferm diffiċli speċjalment fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Share With: