Patrol Boat Filippina f’Malta tirritorna pajjiżha biex tassisti fil-ġlieda kontra l-Coronavirus

Miktub minn Melvin Farrugia

Il-bastiment BRP Gabriela Silang, li kien qiegħed stazzjonat Malta biex jevakwa l-Filippini mil-Libja f’każ li jkun hemm bżonn, irritorna lejn pajjiżu biex jgħin b’kull mod biex tiġi indirizzata l-marda tal-Coronaviruss.  

Kien iċ-Chargè d’affaires mill-Ambaxxata Filippina fil-Libja, Elmer Cato li ħabbar dan filwaqt li qal li l-bastiment wasal Manila nhar it-Tlieta. 

L-ambaxxata Franċiża fil-Filippini qalet li din il-patrol boat, li ġiet mibnija mill-kumpanija OCEA, hi l-akbar u l-aktar waħda moderna tal-Gwardja tal-Kosta Filippina. 

Cato spjega li għal aktar minn xahrejn, l-irġiel u n-nisa fuq il-Gabriela Silang kienu attenti għal dak li kien qed jiġri fl-ambaxxata Filippina u lill-komunita Filippina fi Tripli, biex jekk ikun hemm il-bżonn jidħlu għalihom u joħorġuhom mill-periklu. 

Din il-patrol boat hi l-itwal waħda tad-dinja u hi magħmula mill-aluminju. Aktar kmieni din is-sena kienet sejra lura lejn pajjiżha minn Franza, meta ġiet mitluba biex tibqa’ Malta u tkun ippreparata biex tmur Tripli biex tevakwa lill-Filippini miż-żona ta’ gwerra

Share With: