Persuna mmultata €3,000 wara li nqabdet tikser il-kwarantina obbligatorja

Fl-aħħar 24 siegħa saru 738 spezzjoni mill-forzi tal-ordni u l-awtoritajiet tas-saħħa. Ħadd ma nstab fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi waqt ir-rondi li qed tagħmel il-Pulizija biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat.

Intant, persuna nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja u ġiet immultata €3000.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Share With: