Petizzjoni biex Atalanta jingħataw il-kampjonat ta’ din is-sena

Persuna partikolari beda jdawwar petizzjoni online sabiex il-kampjonat tas-Serie A Taljana jingħata lil Atalanta minħabba li l-belt ta’ Bergamo kienet l-iktar waħda milquta mill-coronavirus.

B’kollox kien hemm 15,362 persuna li tilfu ħajjithom fl-Italja minħabba din il-marda bi 8,656 minnhom li ġejjin mir-reġjun ta’ Lombardia.

Bergamo hi belt ta’ madwar 120,000 persuna b’4,500 minnhom li ħallew din id-dinja. L-iktar xena li baqgħet imwaħħla f’moħħ kulħadd kien meta numru ta’ trakkijiet tas-suldati ġarrew ħafna twiebet tal-mejtin minħabba li ma setgħux ilaħħqu man-numru allarmanti ta’ vittmi.

S’issa Atalanta kellhom staġun mill-aqwa fejn jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika filwaqt li waslu sal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League wara li eliminaw lil Valencia.

Share With: