Possibbiltá li l-kampjonat fil-Belġju jitkompla
Il-Pro League tal-Belġju, se jiltaqa’ għall-ewwel darba llum mindu ttieħdet id-deċiżjoni li jiġi kkanċellat il-kumplament tal-istaġun, fejn hu mistenni li titwarrab ir-ratifika formali ta’ dik id-deċiżjoni, u jħallu l-bieb miftuħ għat-tkomplija possibbli tal-kampjonat.
Il-laqgħa tal-24 clubs membri diġà ġiet posposta darbtejn, u dan ta spinta lill-ispekulazzjoni tal-midja li d-deċiżjoni meħuda mill-bord tagħha fil-bidu tax-xahar għad tista’ tiġi mdawra.
Il-clubs se jiltaqgħu llum permezz ta’ konferenza bil-video, iżda fi tmiem il-ġimgħa l-midja Belġjana rrappurtat li d-deċiżjoni biex tiġi ratifika l-kanċellazzjoni tal-istaġun tiġi posposta.
Il-Belġju, li ntlaqat ħażin mill-pandemija Covid-19, kien l-ewwel kampjonat fl-Ewropa li ddeċieda li jtemm il-kumplament tal-istaġun.
F’ittra miftuħa lil Lega, 17 mill-clubs li huma finanzjarjament issikkati kienu talbu biex l-istaġun jiġi dikjarat null.
Il-leaders fl-wisa’, Club Brugge, ġew dikjarati champions iżda deċiżjonijiet oħra dwar il-promozzjoni u r-relegazzjoni, kif ukoll postijiet fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-istaġun li ġej, ġew riferuti għal grupp ta’ ħidma ffurmat minn ħames persuni.
Il-pjani tal-kampjonat ġew imxellfa bin-nuqqas tal-Gvern Belġjan li jipprovdi ċarezza dwar meta l-avvenimenti sportivi jistgħu jerġgħu jibdew wara lockdown strett ordnat minnu.
Il-Prim Ministru, Sophie Wilmes, f’konferenza tal-aħbarijiet wara seba’ sigħat ta’ diskussjonijiet nhar il-Ġimgħa li għadda, qalet li l-Belġju jista’ jissikka r-restrizzjonijiet jew idewwem it-tnaqqis skond is-sitwazzjoni tas-saħħa.
Il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Football Belġjan, Mehdi Bayat, qal li kien qed jittama għal aktar ċarezza mill-ġimgħa d-dieħla. “Iżda aħna nifhmu li l-football professjonali mhuwiex prijorità,” huwa qal.