Possibbiltá li l-kompetizzjonijiet Ewropej jiġu kanċellati

Fost it-tħassib dejjem jiżdied dwar it-tixrid tal-pandemija tal-coronavirus, il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, stqarr li l-kompetizzjonijiet Ewropej jistgħu jiġu kkanċellati jekk ir-restrizzjonijiet tal-gvernijiet rispettivi jibqgħu fis-seħħ sa Settembru.

Il-kampjonati madwar id-dinja ġew mwaqqfa minħabba din l-imxija. Kemm iċ-Champions League kif ukoll l-Europa League waqfu fir-round tal-Aħħar 16 li għad iridu jitlestew.

"Il-UEFA qed tistenna l-iżvilupp ta' din is-sitwazzjoni kerha fid-dinja, u prinċipalment fl-Ewropa. Ma nistgħux nilagħbu f'Settembru jew Ottubru.
“Jekk l-awtoritajiet ma jippermettux li football jitkompla, allura ma nistgħux nilagħbu. Il-fatt hu li verament ma nafux ħafna dwar dan," qal Ceferin.
Huwa insista li jkun aħjar li l-logħob jintlagħab bil-bibien magħluqa milli jiġi pospost,” qal Ceferin. 
“Il-football mhuwiex l-istess mingħajr partitarji iżda minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha, ikun aktar għaqli jekk l-istaġun jintemm bil-football milgħub.”
 
Share With: