PSG wara Adam Marusic

Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain qed jevalwaw il-progress tad-difensur lemini ta’ Lazio, Adam Marusic. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u ġej minn staġun eċċezzjonali mal-Biancocelesti li jinsabu fit-tieni post tal-kampjonat Taljan.

Il-player mill-Montenegro għad fadallu sentejn kuntratt ma’ Lazio u qed jiġi stmat li jiswa madwar €20 miljun. Id-diriġent taċ-champions Franċiżi Leonardo jarah bħala ideali li jieħu post Thomas Meunier li se jitlaqhom fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Marusic ilu sa mis-sena 2017 ma’ Lazio u lagħab 68 darba filwaqt li skorja sitt goals. Hu rrappreżenta 33 darba lit-team nazzjonali ta’ pajjiżu.

Share With: