Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’Bormla

Raġel ta’ 64 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed f’residenza privata f’Bormla.

Kienu għall-ħabta tad-9:20 a.m, x’ħin il-Pulizija kienu infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza ġewwa Suq Bonniċi. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li għal xi raġuni waqa’ minn fuq is-sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Share With: