Raġel isofri ġrieħi waqt argument f’Marsaxlokk

Raġel ta’ 35 sena u residenti San Ġwann, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:20 p.m kien involut f’argument ħdejn il-Kappella tas-Silġ f’Marsaxlokk.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu raġel mal-art u mimli dmija. Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu rriżulta li r-raġel kien qiegħed hemm ma’ persuna oħra, meta għal xi raġuni qam argument bejniethom u allegetament, attakah b’xafra u kkaġunalu ferita f’wiċċu. L-allegat aggressur imbagħad seraqlu baskett u wara ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-isptar għall-kura meħtieġa.

Minn informazzjoni li l-Pulizija ġabret mingħand il-vittma, bdiet it-tfittxija għal persuna involuta. Ftit ħin wara nstabet il-persuna relatata; raġel Libjan ta’ 30 sena residenti Ħal Tarxien li ġie arrestat u ttieħed il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana.

Għalkemm ir-ragel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi, infetħet inkjesta mmexxija mill- Maġistrat tal-Għassa Dr A. May Grima LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Share With: