Rivaldo: Diffiċli li Lionel Messi jingħaqad ma’ Inter

L-ex stilla ta’ AC Milan, Rivaldo, tkellem rigward il-possibbiltá li l-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi jingħaqad ma’ Inter. Min-naħa tiegħu, Rivaldo kien skjett fid-dikjarazzjoni tiegħu fejn qal li qed jaraha xi ftit diffiċli li dan il-player Arġentin imur jilgħab l-Italja u jsellem lil Spanja, pajjiż li huwa sinonimu miegħu għal kważi 20 sena.

Kien hemm ħafna spekulazzjonijiet li bdew jgħidu li Messi se jingħaqad ma’ Inter partikolarment għax ir-relazzjoni tiegħu ma’ Barcelona m’għadhiex dik li kienet.

Rivaldo, li kien jilgħab mal-club Katalan fil-bidu tas-snin elfejn, qal li iktar jara lil Messi jmur jilgħab fiċ-Ċina minħabba li s-salarju tiegħu jaf ikun ferm ogħla jew daqs dak li għandu ma’ Barcelona.

Share With: