Roberto De Zerbi fiduċjuż fuq Sassuolo

Il-coach ta’ Sassuolo, Roberto de Zerbi, jemmen li t-team tiegħu kapaċi jimita lil Atalanta u fis-snin li ġejjin isir it-team sorpriża tas-Serie A Taljana.

De Zerbi qal li t-team tiegħu qed jibni bil-mod il-mod fit-tentattiv li jibda jkun protagonista fis-snin li ġejjin. Huwa faħħar il-metodu tal-Bergamaschi li minn team modest kiseb ir-rispett anke fuq livell internazzjonali partikolarment fil-kwalifikazzjoni għall-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League.

Meta tkellem dwar l-emerġenza u l-ħerba li qed tħalli l-coronavirus, De Zerbi qal li din hi ħolma ferm kerha u bħalissa huwa ferm diffiċli biex tiġi kkontollata. Huwa spjega kif qed ikollu sessjonijiet ta’ taħriġ kollettiv mal-players tiegħu permezz ta’ eżerċizzji online.

De Zerbi għandu 40 sena u ilu jmexxi lil Sassuolo sa minn Ġunju 2018.

Share With: