Roberto De Zerbi jissuġġerixxi ħames sostituzzjonijiet minflok tlieta

Il-coach ta’ Sassuolo Roberto de Zerbi ssuġġerixxa li fis-Serie A tidħol regola li meta clubs ikunu qed jilagħbu kull tliet ijiem ikollhom iċ-ċans li jwettqu ħames sostituzzjonijiet minflok tlieta. Dan kien qed jissuġġerih minħabba l-fatt li l-players qed ikunu wisq għajjiena meta qed jilagħbu diversi drabi. Hu kompla jgħid li jekk l-ogħla kampjonat Taljan mistenni jkompli fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju u se jilagħbu bi frekwenza ikbar, din taf tkun soluzzjoni tajba. 

De Zerbi ma naqasx li jitkellem fuq is-sitwazzjoni kkumplikata li għaddejja minnha l-Italja u kif l-isport ħa daqqa lura minħabba l-Covid-19.

Mistoqsi dwar il-programm ta’ taħriġ li bagħat lill-players tiegħu, De Zerbi qal li spiss ikollhom sessjonijiet online filwaqt li qalilhom biex imorru jagħmlu ġirja madwar iz-zona fejn joqogħdu.

Share With: