Roma se jaqtgħu s-salarji tal-players ukoll

AS Roma huma viċin li jħabbru ftehim li għamlu mal-players tagħhom fejn dawn se jinqatagħlhom xi persentaġġ mis-salarju tagħhom wara li l-imxija tal-Covid-19 effettwat il-kampjonat tas-Serie A li flimkien ma’ kampjonati oħra madwar id-dinja kellu jieqaf ħesrem.

L-amministratur tal-club Guido Fienga ftiehem mal-players li jinqatgħu 80 % tal-paga tagħhom għax-xahar ta’ Marzu sabiex b’hekk Roma se jkunu qed jiffrankaw madwar €9.5 miljun.

B’hekk l-attakkant Edin Dzeko, li huwa l-iktar player li jaqla’ flus fost il-players Giallorossi se jkunu qed jinqatgħulu madwar €500,000 fix-xahar almenu sakemm is-sitwazzjoni ma terġax tiġi għan-normal.

Fl-istess ftehim anke l-coach Paulo Fonseca u xi diriġenti se jkunu qed jitnaqqsulhom xi flus bħala parti mill-bilanċ finanzjarju li qed jipprova jagħmel il-club mill-belt kapitali Taljana.

Share With: