Roma wara l-firma ta’ Mario Goetze

Roma huma interessati fl-attakkant ta’ Borussia Dortmund Mario Gotze. Huwa għandu 27 sena u fl-aħħar ta’ dan l-istaġun jkun liberu li jagħżel ma’ min imur minħabba li jiskadilu l-kuntratt mat-team immexxi minn Lucien Favre.

Matul dan l-istaġun Goetze lagħab 13-il partita fil-Bundesliga Ġermaniża filwaqt li skorja tliet goals.

Jidher li peress li bħalissa hawn il-waqfa sfurzata minħabba l-Covid-19, għaddejjin diskussjonijiet bejn id-direttur sportiv ta’ Roma, Gianluca Petrachi u l-aġent ta’ Goetze.

Finalment l-artiklu jkompli jgħid li hemm diversi clubs fil-Major League Soccer Amerikana kif ukoll oħrajn fil-Qatar li jixtiequ s-servizzi tiegħu iżda mhijiex ir-rieda tal-player li jmur jilgħab hemmhekk.

Share With: