Romelu Lukaku f’diskursata ma’ Adriano

L-ex attakkant u leġġendarju ta’ Inter Adrian kellu diskursata permezz fuq Skype mal-iskorer prolifiku tal-istess team Romelu Lukaku. Dawn it-tnejn saru ħbieb fil-jiem li għaddew minħabba li t-tnejn li huma qed iqattgħu l-perjodu ta’ iżolament fi djarhom.

Kien Lukaku li avviċina lill-ex player internazzjonali Brażiljan fejn qallu li minn dejjem kien l-idolu tiegħu bil-goals li kien jiskorja madwar għaxar snin ilu man-Nerazzurri. Il-player Belġjan qal li mhux darba jew tnejn li kien jidħol fuq l-internet u jara l-partiti li kien involut fihom Adriano. Dan tal-aħħar irringrazzjah u qallu li issa qed jgħaddi ċ-ċwievet tal-attakk tan-Nerazzurri f’idejh u qallu li issa jrid ikompli jiskorja aktar goals sabiex iwassal lit-team tiegħu għas-suċċess finali.

Ħafna sostnew li din id-diskursata kienet bejn il-passat u l-preżent tal-attakk Interista.

Share With: