Rudi Garcia jixtieq jerġa’ jmexxi lil Roma

Il-coach ta’ Olympique Lyon Rudi Garcia qal li jinsab kuntent jikkowċja lit-team mil-Ligue 1 Franċiża għalkemm ammetta li jixtieq jirritorna jmexxi lil Roma li magħhom kien bejn l-2013 u l-2016. 

Il-coach ta’ 56 sena qal li ż-żmien li qatta’ fil-belt kapitali Taljana kien wieħed maġiku fejn ħass emozzjonijiet kbar anke meta kien jara lill-partitarji akkaniti tat-tim.

Hu ammetta wkoll li xi darba jixtieq li jerġa’ jesperjenza dawk il-mumenti għalkemm bħalissa l-prijoritá jibqgħu Olympique Lyon.

Meta tkellem dwar l-istaġun attwali, Garcia qal li kien hemm mumenti mħallta fejn it-team seta’ għamel aħjar.

Fil-karriera tiegħu Rudi Garcia mexxa wkoll lil Saint Etienne, Dijon, Le Mans, Lille u Olympique Marseille.

Share With: