Rumen isofri ġrieħi gravi waqt ħidma b’chaser fir-Rabat

Raġel Rumen kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol f’sit fi Triq Emmanuel Vitale, r-Rabat.

Kienu għall-ħabta tal-10:30 a.m, x’ħin il-Pulizija kienu infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-imsemmija triq fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien sofra ġrieħi f’idejħ waqt li kien qed jaħdem b’chaser.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: