Sa disa’ snin ħabs għal min ixerred il-Covid-19 intenzjonalment

Dan is-sit jinsab infurmat li min jinqabad ixerred il-Covid-19 konxjament fil-komunità se jkun qed jaffaċċja sanzjoni li tista’ twassal sa sentenza ta’ ħabs.

Il-Gvern se jkun qed jemenda l-kodiċi kriminali li jgħid li jekk persuna ixxered il-Coronavirus apposta u jwassal għal mewt ta’ persuna, dan jiġi akkużat bi qtil, fejn il-piena hija dik ta’ bejn erba’ u disa’ snin ħabs.

L-emendi se jżidu l-Covid-19 ma’ lista ta’ viruses li t-tixrid tagħhom jista’ jwassal għal piena ta’ ħabs.

Din l-emenda se tkun qiegħda tinforza mal-miżuri li diġà tħabbru fl-aħħar ġimgħat. Fost sitwazzjonijiet oħra, persuni li se jkunu ordanti jibqgħu f’iżolament huma l-aktar affettwati minn dan il-kodiċi.

Share With: