airmalta, air malta

Schembri: Qed nieħdu t-triq diffiċli għax irridu nsalvaw l-impjiegi u l-linja nazzjonali tal-ajru

Il-Ministru Silvio Schembri osserva li filwaqt li l-industrija tal-avjazzjoni għandha sfidi kbar, id-deċiżjonijiet iebsin iridu jittieħdu. “Li hu żgur,” qal il-Ministru, “ li ma nistgħux nitfgħu l-problemi taħt it-tapit. Għall-ġid tal-kumpanija u għall-ġid tal-pajjiż hemm bżonn li d-deċiżjonijiet jittieħdu. Jekk verament inħobbu lil Air Malta, nemmen li naslu pero jrid ikun hemm rieda tajba u kulħadd jiġbed ħabel wieħed.”

Il-Ministru qal li ma kien hemm l-ebda u-turn u li t-taħdidiet mal-Air Malta qatt ma waqfu.

Id-Diskussjonijiet mad-DIR għadhom għaddejjin u l-unjin tal-cabin crew u tal-piloti reġgħu qed jiddiskutu b’tonalità differenti. Apparti mid-diskussjonijiet mal-cabin crew u l-piloti u għaddejjin ukoll diskussjonijiet dwar it-triq ‘il quddiem. 

Huwa qal li l-proċess mad-DIR baqa’ għaddej u t-30 ġurnata m’għaddewx. Huwa qal li jekk jintlaħaq ftehim mal-cabin crew u mal-piloti, dan ifisser li wieħed jista’ jkompli jiddiskuti, jekk le jkun hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet ulterjuri. 

Il-Ministru qal li kien hemm l-offerta tal-paga soċjali ta’ €1,200 lil kull impjegat. Apparti minn hekk kien hemm erba’ unjions u tnejn minnhom qablu. Wara li l-cabin crew ma qablux għal erba’ darbiet u l-piloti ma riedux jablu, bdiet diskussjoni mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg dwar redundancies.

Il-Ministru qal li kieku ma kellhomx l-intenzjoni jew li l-Gvern mhux interessat li jiggarantixxi futur, l-iktar ħaġa faċli kienet li ma kienux jittieħdu deċiċiżjonijiet. “Tkun irresponsabbli ħafna minni jekk ma nieħux id-deċiżjonijiet għax nibża’ minnhom. Il-poplu jrid Ministri u Gvern li jiddeċiedu. Għalhekk, ejja niddeċiedu llum ħalli l-futur ikun aktar iggarantit.”

Share With: