Scope Ratings: Malta mal-ħames l-aqwa pajjiżi fid-dinja f’dik li hi reżistenza għall-pandemija ta’ Covid-19

L-aġenzija Ġermaniża Scope Ratings, evalwat 63 pajjiż madwar id-dinja fir-rispett tal-abilità tagħhom biex jirreżistu l-effetti tal-pandemija COVID-19.

Malta tpoġġiet mal-ħames l-aqwa pajjiżi fid-dinja skont din l-analizi dettaljata. Pajjiżna huwa l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kien ikklassifikat daqshekk fl-għoli. Fil-fatt aħjar minn Malta hemm biss it-Taiwan, iċ-Ċina, l-Isvizzera u t-Tajlanda. Pajjiżi bħal Ċipru, il-Kroazja u r-Romanija qegħdin ferm ‘l isfel fil-klassifika.

Fost ir-raġunijiet għal dan iċ-ċertifikat pożittiv għal pajjiżna l-esperti ta’ Scope Ratings jinnutaw il-qagħda ferm tajba tal-bilanċ tal-pagamenti internazzjonali ta’ pajjiżna, li għandu fost l-akbar surplusesfid-dinja. Barra minn hekk pajjiżna għandu piż ta’ dejn nazzjonali baxx, filwaqt li dan id-dejn mhuwiex dovut lill-barranin. 

Dan iċ-ċertifikat pożittiv għal pajjiżna ġie wara l-konklużjonijiet ta’ tliet aġenziji internazzjonali tar-ratings – Fitch, Moody’s u Standard & Poor’s – li fl-aħħar ġimgħat ikkonfermaw li minkejja l-pandemija tal-COVID-19, il-prospetti għar-rating ta’ pajjiżna huma stabbli. Anke l-IMF bassret li Malta ser ikollha l-anqas impatt ekonomiku negattiv minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Share With: