Sebastian Giovinco mistenni jitlaq lil Al Hilal

Il-futur tal-attakkant  Taljan, Sebastian Giovinco, ma’ Al Hilal għadu mdendel. Jidher li din il-waqfa qed iġġiegħel lill-attakkant ta’ 33 sena jaħsibha sew x’għandu jkun il-pass li jmiss wara din l-esperjenza ta’ ftit xhur fl-Arabja Sawdija.

Lesti għalih hemm diversi timijiet fosthom Parma, Benevento, Vasco da Gama u Botafogo li kollha qed juru x-xewqa li jakkwistaw il-firma tal-player qsajjar Taljan.

Giovinco lagħab ma’ diversi timijiet matul il-karriera tiegħu ta’ 14-il sena li jinkludu Juventus, Empoli, Parma u Toronto.

Huwa lagħab 23 darba mat-team nazzjonali Taljan u skorja goal wieħed biss.

Share With: