Charmaine Gauci

SEGWI LIVE – 20 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna… 10 minn dawn immigranti li jinsabu fi kwartina mandatorja

Covid-19 – Press Briefing 11-4-2020

Covid-19 – Press Briefing 11-4-2020

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Saturday, 11 April 2020

Matul l-aġġornament ta’ kuljum tal-Profs. Charmaine Gauci, tħabbar li lbieraħ instabu 20 persuna li huma pożittivi għall-COVID-19 wara li saru aktar minn 1,200 swabs.

Dan ifisser li issa l-każijiet totali telgħu għal kważi 400. Ma naqsux l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa lill-pubbliku biex nibqgħu ġewwa hekk kif il-ġimagħtejn li ġejjin se jkunu qed iħollu u jorbtu id-destin ta’ pajjiżna quddiem l-imxija tal-coronavirus.

10 mill-20 każ ġdid huma immgranti li bħalissa jinsabu fi kwartina mandatorja fl-open centre ta’ Ħal Far. Il-Profs. Gauci qalet li sebgħa mill-10 testijiet li saru kienu fuq immigranti li ma kienux parti mill-iscreening.

Każ ieħor huwa ta’ mara mill-Albanija li tgħix Malta li bdiet bis-sintomi tas-sogħla.

Fost il-każi l-oħrajn jinvolvu nisa li jaħdmu bħala health care workers f’istituzzjonijiet diversi. Instabu pożittivi wkoll zewġ irġiel Maltin li s-sintomi tagħhom kienu sogħla u uġigħ fil-griżmejn.

Każ ieħor huwa ta’ tfajla li marret tixtri u bdiet bis-sintomi ftit wara. Jidher li din it-tfajla marret iżżur xi ħadd familjari anzjan u għalhekk bdiet ħidma biex tkun ittestjata din il-persuna. Każ ieħor mill-20 huwa ta’ raġel li ġie minn barra minn Malta u minkejja li kellu s-sintomi xorta waħda ħareġ u żar postijiet diversi. Id-Dipartiment tas-Saħħa beda b’ħidma biex jagħmel il-contact tracing tan-nies li dan ir-raġel seta’ kellu kuntatt magħhom.

Share With: