Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li jaħbat ma’ karozza wieqfa fil-ġenb tat-triq fir-Rabat

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu ħabat f’karozza li fil-ħin tal-inċident kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m. fi Triq il-Belt Valletta, ir-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Share With: