Spanja: Ġurnata oħra sewda fil-ġlieda kontra l-coronavirus; imutu kważi 1,000 persuna f’24 siegħa

Il-pandemija tal-coronavirus fi Spanja sal-lum ħalliet aktar minn 10,000 vittma, hekk kif l-awtoritajiet Spanjoli llum rreġistraw l-ogħla rata ta’ mwiet fuq medda ta’ 24 siegħa kaġun tal-virus Covid-19.

It-total tal-persuni li mietu kaġun tal-infezzjoni f’dawn l-aħħar sigħat kien ta’ 950, biex issa t-total kumplessiv tal-vittmi jammonta għal 10,003, bin-numru ta’ infezzjonijiet jammontaw għal 110,238.

Dan wara li lbieraħ l-Istati Uniti u r-Renju Unit ukoll irrapportaw l-ogħla numru ta’ mwiet fuq medda ta’ ġurnata mindu bdiet il-pandemija.

L-Istati Uniti lbieraħ irreġistrat 884 ka ta’ mewt filwaqt li kienu konfermati 213,000 każ ta’ infezzjoni.

Fir-Renju Unit kienu rreġistrati 563 imwiet, bil-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson jiddeskrivi l-jum tal-bieraħ bħala “jum ta’ niket”.

Share With: