Startup Maltija tivvinta respiraturi għall-ħaddiema tas-saħħa

Minn MELVIN FARRUGIA

L-istartup Maltija, Invent 3D ħadmet fil-qrib mal-Kap tad-Dipartiment tal-Emerġenza, Michael Spiteri, u ma’ persuni oħra minn Mater Dei u mas-CPSU biex joħolqu tagħmir mediku protettiv li jużaw sistema moderna li tiffiltra l-arja.

Wara biss 12-il siegħa minn mindu ngħataw kampjuni fuq xiex setgħu jaħdmu,  din il-kumpanija ħolqot prototipi ta’ żewġ verżjonijiet ta’ sistemi. Il-prodotti jistgħu jiġu kollha sterilizzati u huma ddisinjati skont standards tal-inġinerija. 

Il-kumpanija qalet li bl-għajnuna li tahom il-Kap tal-Emerġenza, irnexxielhom jimplimentaw ukoll sistema ta’ qabel ma tiġi ffiltrata l-arja u din mingħajr ma tagħmel xi impatt fuq l-influss tal-arja. 

Jidher li dan il-prodott hu l-ewwel wieħed fl-industrija madwar id-dinja u għandu jgħin biex isalva l-ħajjiet f’din il-ġlieda kontrra l-COVID-19.

Share With: