Stephen Kenny l-coach il-ġdid tal-Irlanda

It-tieni avventura ta’ Mick McCarthy bħala manager tal-Irlanda intemmet nhar is-Sibt hekk kif l-Assoċjazzjoni tal-Football tal-pajjiż (FAI) ħabbret li nħatar Stephen Kenny

L-ex difensur tal-Irlanda, McCarthy, 61 sena, kien ġie maħtur fil-kariga f’Novembru 2018 u wassalhom sal-play-offs ta’ kwalifikaz­zjoni tal- Euro 2020 tax-xahar li għadda qabel ma kollox kellu jiġi pos­post minħabba l-pande­mija tal-coronavirus.

L-ex manager ta’ Dundalk, Kenny, kellu jidħol minflok McCarthy wara l-Euros, iżda bil-play-offs jittardjaw u l-kampjonat tpoġġa lura b’sena, l-FAI effettwat il-bidla qabel iż-żmien.

Il-kuntratt ta’ McCarthy kellu jiskadi fil-31 ta’ Lulju, wara l-finali tal-Euro 2020, li issa ġew programmati mill-ġdid għall-2021.

“Din il-mossa tippermetti lil Stephen Kenny iż-żmien biex jippjana għas-semi-finali tal-play-off tal-Kampjonat Ewropew kontra s-Slovakkja aktar tard din is-sena,” qalet l-istqarrija.

Kelly, 48 sena, ġie promoss minn coach ta’ taħt l-21 sena.

L-aħħar partita fir-responsabbiltá ta’ McCarthy kienet id-draw ta’ 1-1 mad-Danimarka f’Dublin, f’Novembru li għadda, li kien ifisser li falla l-kwalifikazzjoni awtomatika għall-Euro 2020.

Share With: