Studenti maħsudin bil-mewt ta’ żagħżugħ li ftit sigħat qabel kien qed jagħmel kuraġġ lil sieħbu

Bosta studenti stenbħu maħsudin bil-mewt taż-żagħżugħ Emerson Mifsud, student li tilef ħajtu fl-aħħar sigħat.

Kienet l-għaqda studenteska Pulse li sellmet il-memorja ta’ dan l-istudent, b’diversi studenti wrew is-sogħba għat-telfa ta’ seħibhom Emerson. Diversi persuni fosthom eks għalliema tiegħu ddeskrivewh bħala tifel intelliġenti, qalbu tajba u li lest li jgħin lil ħaddieħor.

Emerson f’post fuq Facebook għamel kuraġġ lil sieħbu Matteo, iż-żagħżugħ li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-ġimgħa filgħaxija ttajjar minn karozza fil-limiti tar-Rabat. Huwa kiteb jawguralu fejqan ta’ malar u kien fiduċjuż li se jarawh b’saħħtu fi żmien qasir

Share With: