Taħdidiet bejn il-clubs Ingliżi biex ma “jisirqux” il-players ta’ xulxin

Teżisti possibbiltá li l-clubs tal-Premier League Ingliż u taċ-Championship jiffirmaw ftehim storiku li jwaqqafhom milli “jisirqu” players ta’ xulxin f’każ li t-tnaqqis tas-salarji jinbidel f’tilwima kbira. 

Dan it-trattat se jkun fost numru ta’ miżuri li qed jiġu diskussi minn diversi clubs li jħossu li jista’ jkun hemm bżonn ta’ approċċ kollaborattiv jekk il-players jheddu li jitilqu mill-club rispettiv fuq tnaqqis potenzjali tas-salarju minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar id-differimenti u, għalkemm jista‘ jintlaħaq ftehim għas-salarji ta’ dan ix-xahar, kollox għadu inċert għall-futur qrib. 

Huwa ttamat li f’nofs Mejju, it-timijiet jirritornaw għat-taħriġ iżda jekk dan ma jsirx, il-clubs jistgħu jieħdu aktar miżuri stretti li jġiegħlu lill-players tagħhom jirribellaw.

U, minħabba li bosta players jistgħu jkunu fl-istess dgħajsa, teżisti l-biżgħa li l-istess players jibdew jheddu li jkunu jridu jitilqu mill-club biex jingħaqdu ma’ ieħor biex ovvjament jilħqu l-obbjettiv tagħhom tas-salarju.

Membru eżekuttiv ta’ club partikolari qal:

“Aħna nistgħu nispiċċaw b’sitwazzjoni fejn il-clubs jiksru l-kuntratt li fih il-players jistgħu jheddu li jingħaqdu ma’ clubs oħrajn. 

“Għaldaqstant qed isiru taħdidiet biex il-clubs kollha jiffirmaw ftehim biex ħadd minna ma jieħu vantaġġ biex “jisraq” players ta’ oħrajn. 

“Irrid niġġieldu din il-ġlieda flimkien. Ma jkunx ġust għall-clubs iż-żgħar li jiġri hekk.”

Share With: