Tieġ bla mistednin u mxandar live fuq Facebook

Jieħdu l-aħjar li jistgħu mill-ġurnata tant mistennija

“Anke aħna ridna ċelebrazzjoni kbira għat-tieġ, iżda għamilna mill-aħjar li stajna u l-ġurnata hi kif tagħmilha inti”  – Kenna Grenier

Travis u Kenna Greni­er, minn Atlanta, Ge­orgia, kien ilhom sena jippjanaw għat-tieġ tagħhom. Iżda bla mistenna faqqgħet l-imxija tal-Covid-19 u kollox inbidel. 

Il-koppja kienu jafu li kien se jkollhom iħass­ru ċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom biex b’hekk ma jpoġġux f’riskju lill-220 mist­ieden li kellhom. Iżda wara ftit ħsieb huma rrealizzaw li xorta setgħu jiċċelebraw dan il-jum mal-mistednin; mid-dar!

Meta ġie l-jum tant mistenni, il-koppja qablu li huma ma segħux jistennew iktar biex jiżżewġu. Huma żgur li ma kellhomx ċeri­monja kif immaġinaw, iżda kif qalu huma stess, kellhom l-iktar ħaġa importati għax kienu sabu lil xulxin. 

Għalhekk, wara li kkonvinċew lill-kelb tagħhom Dozier biex ikun hu x-xhud, huma ħarġu quddiem id- dar tagħhom u hemm hekk bdew iċ-ċerimonja. Wara li b’mod privat qa­smu l-wegħdi tat-tieġ, bdew ixandru ċ-ċerimonja tat-tieġ fuq Facebook Live. B’hekk il-mistednin setgħu jaraw u jipparteċi­paw fiċ-ċerimonja taċ-ċriket u anke tal-ewwel żifna tal-koppja. 

Share With: