Tislima liż-żewġ anzjani li mietu bil-coronavirus

Bosta kienu dawk li fuq il-mezzi soċjali sellmu l-memorja taż-żewġ anzjani li mietu bil-coronavirus.

Georgia Zammit, l-anzjana Għawdxija ta’ 92 sena, kienet l-ewwel vittma ta’ dan il-virus f’pajjiżna b’Louis Mifsud ta’ 79 sena miet ftit wara.

Josette Zammit, bint l-anzjana, irringrazzjat lil dawk kollha li esprimew is-simpatija mal-familja u anke lit-tobba talli naqqsulha l-uġigħ kemm setgħu. “Issa tinsab f’post aħjar mingħajr tbatija”, hija irrimarkat waqt li semmiet kif f’ħajjitha omma batiet ħafna imma issa kienet tinsab ħdejn żewġha jiġifieri missierha.

Min-naħa l-oħra kienu bosta dawk li sellmu l-memorja ta’ Mifsud li għamel żmien jaħdem bħala pulizija.

Share With: