UFFIĊJALI: Aktar minn miljun persuna minn madwar id-dinja issa infettati bil-coronavirus

Matul il-ġurnata tal-lum sar mgħruf li aktar minn miljun persuna ġew infettati mill-virus tal-coronavirus. Il-virus xtered f’203 pajjiżi u ħalla aktar minn 50,000 vittma mindu l-pandemija bdiet fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan f’Diċembru li għadda.

L-Istati Uniti hija l-aktar pajjiż b’każi ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Dan hekk kif s’issa ġew irreġistrati aktar minn 235,000 każ ta’ persuni infettati fil-pajjiż. Intant l-Italja u spanja wkoll irrapportaw aktar minn 110,000 persuna infettati kull wieħed, b’dawn iż-żewġ pajjiżi jkunu l-epiċentru tal-pandemija fl-Ewropa.

Share With: