“Veru li skont il-ligi m’huma qed jagħmlu xejn ħazin, imma jkun aħjar li kieku baqgħu d-dar”

Membri tal-Pulizija li jagħnlu parti mill-iskwadra K-9 u li llum kienu qed jagħmlu rondi kontinwi stqarrew ma’ dan is-sit li huwa veru li skont il-liġi nies fi gruppi ta’ tlieta m’huma jiksru l-ebda regola iżda “kien ikun aħjar li kieku baqgħu d-dar.”

Minkejja li l-attendenza f’Marsaskala mhiex waħda numeruża, xorta waħda għadek tara nies li jifqgħu jpaċpċu waqt li jkunu fi triqithom min għal ħaġa u min għal oħra. L-appell jibqa’ wieħed u konsistenti, ħadd m’għandu joħroġ minn daru jekk mhux ghaħll-bżonnijiet neċessarji. Dan l-appell qed ikun imwassal mill-awtoritajiet tas-saħħa kif ukoll mill-forzi tal-ordni.

Share With: