Wasteserv tieħu l-miżuri biex tipproteġi lill-ħaddiema

Il-Wasteserv qed tgħid li ħadet il-miżuri ta’ prekawzjonijiet neċessarji biex tipproteġi lill-ħaddiema f’dan il-perjodu.

Waqt li semmiet kif ma waqqfet ebda servizz milli toffri, l-aġenzija responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart sostniet li implimentat miżuri biex il-ħaddiema jkunu mbegħda minn xulxin u biddel xi prattiċi tax-xogħol biex iħares saħħithom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Richard Bilocca, irrimarka li minkejja li s-sitwazzjoni mhux faċli u hemm sfidi sostanzjali ġew identifikati s-soluzzjonijiet relatati mal-isfida tal-immaniġġjar tal-iskart.

L-aġenzija qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa’ jissepara l-iskart hekk kif fiż-żmien li ġej se tkun qed timplimenta l-istrateġija ambizzjuża li għandha.

Share With: