Xaqq ta’ tama! Għar-raba’ jum konsekuttiv l-Italja u Spanja jirreġistraw tnaqqis fin-numru ta’ każi ġodda ta’ COVID-19

L-Italja tirreġistra 3,039 każ ġdid, tnaqqis ta’ 560 każ mill-jum preċidenti

Huwa fatt magħruf li l-pandemija tal-COVID-19, ħarbtet il-ħajja tad-dinja kollha. Numri ta’ każi ġodda u ta’ mwiet li jkexkxuk. Konsegwenza ta’ dawn in-numri, l-ansjetà u l-biża’ fina żdiedet u bir-raġun tapnu il-ftit aħbarijiet pożittiv li qed joħorġu matul il-jum.

Eżempju ċar huwa x-xaqq ta’ tama li l-Italja u Spanja qed jaraw għar-raba’ jum konsekuttiv. Fil-fatt illum, skont statistika onlajn dettaljata, l-Italja rreġistrat 3,039 każ ġdid ta’ COVID-19, tnaqqis ta’ 560 każ mill-bieraħ. L-istess jista’ jingħad għal Spanja. Illum, l-awtoritajiet Spanjoli rreġistraw 3,836 każ ġdid, tnaqqas ta’ aktar minn 1,00 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-coronavirus.

Minkejja li n-numri ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 fl-Italja u Spanja għadhom qed jiżdiedu bl-eluf, għar-raba’ jum konsekuttiv, iż-żewġ pajjiżi raw tnaqqis fin-numru ta’ każi ġodda

Għalina dawn in-numru huma kbar, iżda għal dawk li qegħdin fuq quddiemnett jaħdmu u saħansitra jissograw ħajjithom biex jipproteġu liċ-ċittadini milli jkunu infettati mill-virus, dan it-tnaqqis huwa wieħed inkoraġġanti. L-istatistika turi wkoll tnaqqis fl-ammont ta’ nies li mietu lbieraħ kaġun ta’ dan il-virus, kemm fl-Italja kif ukoll fi Spanja.

Tabilħaqq, fejn hemm it-tama hemm is-saħħa wkoll.

Share With: