Xogħlijiet fit-toroq imġegħlin jieqfu minn nhar it-Tnejn għax m’hemmx siti fejn jiġi mormi l-iskart tar-radam

Ix-xogħlijiet kollha fuq toroq madwar Malta u Għawdex twaqqfu se jitwaqqfu b’effett immedjat minn Infrastructure Malta minħabba nuqqas ta’ siti fejn jintrema skart tal-kostruzzjoni u radam.

L-ittra mill-Kap Eżekuttiv Frederick Azzopardi ntbagħtet lill-kuntratturi li qed jagħmlu xogħlijiet fuq toroq għal Infrastructure Malta.

Fl-ittra Azzopardi qal li s-sospensjoni tax-xogħlijiet se tibqa’ fis-seħħ sakemm l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, tieħu l-proviżjonijiet neċessarji biex ikun jista’ jinrema l-iskart tal-kostruzzjoni.

Fl-istess waqt Azzopardi talab lill-kuntraturi biex is-siti li fihom qed isiru xogħlijiet għandhom jinżammu siguri għas-sigurtà tal-pubbliku.

Share With: