Żagħżugħ mixli b’pussess tad-droga

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Birżebbuġa li jaħdem bħala xufier tat-taxi kien mixli b’pussess u traffikar tal-kokaina.

Nikolai Bondin kien arrestat fil-Pjazza ta’ Buġibba waqt li kien fil-karozza ma’ tfajla ta’ 20 sena. Fil-vettura nstabu blokka ta’ 200 gramma kannabis kif ukoll ammont sostanzjali ta’ flus. Bondin kien mixli quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello bil-pussess u t-traffikar tal-kokaina, pussess ta’ kannabis, li kellu sikkina u li kiser sentenza tal-Qorti.

Huwa wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma kuljum l-għassa ta’ Birżebbuġa bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m., li jkun ġewwa daru bejn it-8.00 p.m. u s-7.00 a.m. kif ukoll li jiddepożita €800 u jagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €4,000.

Bondin tressaq fil-Qorti mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca u kellu jiddefendih lill-Avukat Edward Gatt.

Share With: