“Żmien li l-industrija tal-gaming taħdem b’responsabbiltà”

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Assistent Maniġerjali ta’ KPMG Malta, Valentina Franch qalet li issa hu ż-żmien li l-operaturi fl-industrija tal-gaming jibnu l-fiduċja billi jagħmlu sforzi b’rabta mal-logħob responsabbli.

Waqt il-konferenza Betting in Face Of COVID-19, hi spjegat x’kienu ċerta tendenzi mill-operaturi li ġew osservati waqt dawn iż-żminijiet diffiċli. Semmiet kif l-aktar operaturi regolati u responsabbli rrikonoxxew ir-riskji akbar li dawk jilagħbu jkunu iżolati u għalhekk kienu lesti li jieħdu l-azzjoni biex inaqqsu dan ir-riskju.

Hi saħqet li bħalissa, aktar minn qatt qabel, hu importanti li l-operaturi jkunu lesti li jagħmlu l-isforz tagħhom, aktar u aktar meta kulħadd qed jara kif se ġġib ruħha din l-industrija. Għalhekk talbet lis-settur biex ikun responsabbli fir-reklamar u fil-moniteraġġ ta’ kif il-klijenti jonfqu u jekk ikun hemm sinjali ta’ dipendenza fuq l-logħob.

Filwaqt li rrikonoxxiet li nagħataw ħafna donazzjonijiet minn membri f’din l-industrija, Franch qalet li issa l-mument li tinbidel il-perċezzjoni dwar din l-industrija.

Finalment, ma naqsixt ukoll milli titlob lill-operaturi biex juru aktar aġilità u jkunu kapaċi jaddattaw għas-sitwazzjonijiet ġodda li qed ngħixu fihom.

Share With: