10 każijiet ġodda … Disgħa minnhom rriżultaw minn testijiet ta’ rutina

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li lbieraħ saru numru rekord ta’ testijiet fejn saru 1,500 test u li minnhom kien hemm 10 każijiet li rriżultaw pożittivi. Fuq nota pożittiva hija ħabbret li kien hemm ħames persuni li fiequ mill-virus.

Każ kuntatt ma’ każ attiv li kien fil-komunità:

  • Maltija ta’ 19-il sena li kienet f’kuntatt ma’ każ pożittiv li kien fil-komunità. Hija kienet fi kwarantina, iżda bħala parti mill-proċedura sarilha t-test u rriżultat pożittiva

Disa’ każijiet sporadiċi:

  • Raġel ta’ 75 sena li jbati b’kundizzjoni medika. Sarlu test ta’ rutina u rriżulta pożittiv.
  • Malti ta’ 73 sena li jbati minn kundizzjoni medika. Irrefera għall-isptar u minn test ta’ rutina rriżulta pożittiv.
  • Malti ta’ 56 sena li beda bis-sintomi fit-12 ta’ Mejju u wara test irriżulta pożittiv. Huwa ħadem l-aħħar fil-11 ta’ Mejju u għalhekk qed issir contact tracing.
  • Maltija ta’ 64 sena li bdiet bis-sintomi fit-12 ta’ Mejju. Hija taħdem bħala mara tad-dar u għalhekk qed isiru testijiet fuq persuna li jgħix magħha.
  • Malti ta’ 66 sena li kellu jidħol l-isptar għal operazzjoni. Ma kellux sintomi iżda rriżulta pożittiv.
  • Maltija ta’ 50 sena li ma kellha l-ebda sintomi iżda avviċinat biex isirilha t-test minn testijiet li qed isiru biex jinqabdu każijiet bla sintomi.
  • Malti ta’ 30 sena li beda bis-sintomi fit-8 ta’ Mejju. Huwa jaħdem b’telework u b’hekk m’hemmx espożizzjoni.
  • Raġel ta’ nazzjonalità Taljana. Dan inqabad minn testijiet ta’ rutina li qed isiru bħala prekawzjoni.
  • Maltija ta’ 17-il sena. Hija ma kellhiex sintomi iżda wara li ħarġet pożittiva qed isiru testijiet ta’ ħbieb tagħha bħala parti mill-contact tracing.
Share With: